It-tewmin li jeħduk fuq vjaġġ ta’ mużika klassika

It-Teatru Manoel se jippreżenta waħda mill-aktar produzzjonijiet oriġinali mmirata għal familja kollha.
Decomposed hi preżentazzjoni li tgħaqqad il-mużika u l-kummiedja.
L-istorja ddur mal-protagonisti Roly Taylor u Tim Armstrong-Taylor, tewmin identiċi li jieħdu lill-udjenza fuq vjaġġ ta’ mużika klassika u hi opportunità biex it-tfal u l-kbar igawdu flimkien il-mużika klassika waqt li jsegwu storja komika relatata mal-mużika.
Decomposed hi twila siegħa u se ssir is-Sibt 16 u l-Ħadd 17 ta’ April fis-6pm.
Il-biljetti huma €7 għat-tfal u €10 għal kbar.