It-terroriżmu l-aġenda tal-UE

Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tat-28 pajjiż membru tal-UE, inkluż il-Ministru George Vella, jinsabu fi Brussell dalgħodu biex jiddiskutu t-theddida tat-terroriżmu fl-UE.
Din il-laqgħa qed issir bi preparazzjoni għal summit dwar it-terroriżmu, li se jsir tliet ġimgħat oħra.
Fost l-ikbar uġigħ ta’ ras għall-pajjiżi Ewropej hemm il-fatt li jeżistu eluf ta’ Ewropej li marru fl-Iraq u s-Sirja biex jikkumbattu, u li issa qed jirritornaw pajjiżhom.
It-taħdidiet qed iseħħu wara jiem ta’ terrur f’pajjiżi bħal Franza u l-Belġju u anke f’pajjiżi oħra li qegħdin b’seba’ għajnejn għal terroristi fosthom fil-Ġermanja u l-Greċja.
It-taħdidiet fi Brussell mistennija jiddiskutu wkoll l-aħħar sitwazzjoni bejn ir-Russja u l-Ukraina.