It-terroristi kellhom pjan ta’ attakk f’żona oħra ta’ Pariġi

It-terroristi kienu qed jippjanaw attakk fuq iż-żona Defense ta’ Pariġi, fejn hemm konċentrazzjoni qawwija ta’ uffiċċji.
L-awtoritajiet Franċiżi huma ċerti mill-informazzjoni wara li sabu telefon ċellulari mormi qrib it-teatru Bataclan, u li jidher li kien ta’ wieħed mit-terroristi tal-Ġimgħa.
Fuqu nstab messaġġ partikolari, mibgħut ftit qabel l-attakki, bil-kliem ekwivalenti għal “Lesti. Tlaqna”, mapep u dettalji oħra li wasslu lill-Pulizija jagħmlu r-rejd ta’ dalgħodu