“It-terrorist” tal-Belġju kien qatel raġel ieħor jum qabel

Ir-raġel li spara u qatel żewġ uffiċjali tal-pulizija u persuna oħra fil-belt Belġjana ta’ Liège qatel persuna oħra fil-lejl ta’ qabel seħħew l-attakki.
Dan qalu l-Ministru tal-Intern tal-Belġju Jan Jambon.
Jambon qal li Benjamin Herman, qatel raġel li huwa ltaqa’ miegħu meta kien il-ħabs.
Rapporti jsemmu li l-vittma ingħata daqqiet b’mod ripetut b’martell u kien identifikat bħala Michael Wilmet, ta’ 30 sena, li kien intbagħat il-ħabs minħabba traffikar tad-droga.
Il-prosekuzzjoni qed tqis dan il-każ bħala qtil terroristiku.
Il-qattiel żamm mara li kienet cleaner fi skola qabel ma’ nqatel mill-pulizija.