​“It-terminu Jum il-Mara hu qarrieqi”

Kelmtejn għall-Jum il-Mara minn mart il-Kap tal-Oppożizzjoni, Nicky Vella de Fremeaux:
"Il-personalità tiegħi ma narahiex bħala waħda karatteristika għal avukat, omm ta’ ħamest ulied u mara tal-Kap tal-Oppożizzjoni.
Jien mara spontanja, impulsiva, libera, ngħid dak li nħoss u opinjonista.
Bħala avukat rabbejt sens qawwi ta’ ġustizzja meta ġejt esposta għal dinja surreali u dgħajfa tan-nies fis-soċjetà. Bħalissa qed inkompli bil-ħidma tiegħi biex nassisti kawżi soċjali u nqajjem kuxjenzja fuq kull kundizzjoni ta’ saħħa mentali.
Rabbejt lil ħames uliedi waħdi tista’ tgħid, billi tfajt il-karriera tiegħi f’ġenb għaliex xtaqt bil-qawwa kollha li nkun preżenti fit-trobbija tagħhom u ngawdi kull qatra minnha.
Iċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Mara fiha nnifisha nqisha bħala degradanti u fl-istess waqt turi superjorità superfiċjali, għaliex inħoss li qed tiġi assenjata ġurnata waħda f’sena bħala rikonoxximent u ringrazzjament lil identità sesswali speċifika.
F’ħafna aspetti tal-ħajja verament m’aħniex in pari passu mal-irġiel imma jekk huma dawn in-nuqqasijiet jew il-fatt illi hemm nisa li m’għandhomx drittijiet jew opportunitajiet, iżda żgur illi t-terminu ‘Jum il-Mara’ huwa qarrieqi għax qed jiżvija l-attenzjoni mill-focu idoneu fejn jispikkaw proprju il-ġlieda biex jiġu enfasizzati l-kisbiet, l-inugwaljanzi ecc… u għalhekk il-kelma women’s day hija effettivament misnomer li għandha tiġi adattata biex tirrefletti l-apiċe tagħha li huwa ekwu u ġust u ta’ min ifaħħarha."