It-terminal għall-vapur fl-Imġarr, Għawdex, ġie evakwat bħala prekawzjoni wara li ntlemħu xi dħaħen.
Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li huma ġew infurmati b’dan għall-ħabta tas-2.30pm.
Fuq il-post marru uffiċjali mill-Protezzjoni Ċivili, iżda sabu li nar ma kienx hemm. Sal-4pm kienu għadhom fuq il-post jippruvaw isibu s-sors ta’ dan id-duħħan. Baqa’ ma nstabx is-sors ta’ dan id-duħħan u eventwalment, l-uffiċjali telqu minn fuq il-post.