It-tensjoni mal-Iran tista’ twassal għal żieda fil-prezz taż-żejt

Saudi Arabia's Crown Prince Mohammed bin Salman speaks with correspondent Norah O'Donnell during an interview on Tuesday with the CBS program "60 Minutes," in Saudi Arabia, in this handout photo released on September 29, 2019. Eric Kerchner for CBSNews/60MINUTES/Handout via REUTERS

Il-Prinċep tal-Arabja Sawdija wissa li l-prezzijiet taż-żejt jistgħu jilħqu prezzijiet għolja li diffiċli timmaġina. Dan jekk id-dinja ma tingħaqadx biex trażżan lill-Iran. Huwa żied li jippreferi soluzzjoni politika minflok waħda militari.

Mohammad bin Salman qal dan meta kien qed jitkellem waqt intervista fuq l-istazzjon CBS. Huwa ħa l-opportunita biex jiċħad li kien hu li ordna l-qtil tal-ġurnalist Jamal Kashoggi, madankollu bħala l-mexxej tal-pajjiż jassumi r-responsabilita ta’ dan il-każ. 

Filwaqt li l-każ tal-qtil ta’ Khashoggi qanqal reazzjoni madwar id-dinja, fil-jiem riċenti l-attenzjoni daret fuq il-kwistjoni tal-attakk li sar fuq postazzjonijiet ta’ produzzjoni taż-żejt fl-Arabja Sawdija u li l-kommunità internazzjonali qed tipponta lejn l-Iran. 

Bin Salman, f’intervista qal li kien hemm qbil mal-Istati Uniti li dan l-attakk kien att ta’ gwerra, u fuq dan kien hemm qbil mal-Istati Uniti.