It-tensjoni bejn l-Iran u l-Amerka se taffettwa t-Tazza tad-Dinja?

Il-biża dwar hux se ssir it-Tazza tad-Dinja fil-Qatar sentejn oħra kompla kiber wara li fl-aħħar tal-ġimgħa kibru t-theddid u l-battibekki bejn l-Iran u l-Amerka.

Il-qtil tal-ġeneral Iranjan Qasem Soleimani f’Bagdad qajjem ġlieda sħiħa bejn Tehran u Washington. It-theddida fl-istabbilità fir-reġjun tal-Golf sentejn qabel il-kompetizzjoni tal-futbol qajmet tħassib akbar. Il-Qatar huma l-uniku alleat ewlieni tal-Iran fir-reġjun. Din poġġiet lill-pajjiż f’kontradizzjoni mal-maġġoranza tal-ġirien.

Fifa kienet qed tittama li l-imblokk tal-Qatar li għalaq il-frunitieri tal-pajjiż u li waqqaf it-titjiriet diretti mill-istati ġirien, jilħaq jieqaf qabel l-inawgurazzjoni tat-Tazza tad-Dinja li se ssir is-sena d-dieħla. Iżda s’issa kollox qed jindika li t-tensjoni se tkompli tiżdied.