It-tennis imriegħed minn possibiltà ta’ skandlu

Il-BBC żvela li għandu dokumenti li juru tixħim f’kampjonati importanti tat-tennis, inkluż Wimbledon.
Investigazzjoni mill-2007 uriet li hemm mill-inqas 10 tennisti li fuqhom hemm suspett li setgħu tilfu logħbiet apposta.
Il-BBC jsemmi lir-Russja, l-Italja ta’ Fuq u Sqallija u jgħid li l-iskandlu ġdid jinvolvi plejers importanti mingħajr ma jsemmi ismijiet.
Tennisti bħal Novak Djokovic u Serena Williams iddefendew l-isport u sostnew li ma kien hemm xejn ħażin f’inċidenti żgħar li kienu jinvolvu lilhom.
Djokovic madankollu ammetta li madwar 8 snin ilu kien ġie offrut $200,000 (€184,000) iżda ċaħad li t-tixħim hu mifrux mal-isport kollu tat-tennis.