It-tempji f’Ħal Tarxien se jitgħattew biex jiġu ppreservati

Il-Gvern għandu l-ħsieb li t-tempji antiki f’Ħal Tarxien jitgħattew mill-elementi permezz ta’ tinda bl-istess mod kif sar fuq it-tempji megalitiċi ta’ Ħaġar Qim u l-Mnajdra.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-preparamenti biex dawn it-tempji jiġu ppreservati tlestew u fil-ġimgħat li ġejjin se tibda l-fażi tal-implimentazzjoni.
Huwa mistenni li x-xogħlijiet biex it-tempji f’Ħal Tarxien jitgħattew se jkunu lesti s-sena d-dieħla u se jiġu jiswew mat-2.4 miljun.
It-tined se jgħinu biex ma jsirx iktar ħsara lit-tempji bix-xemx, ix-xita u r-riħ. 
85% tal-ispejjez se jiġu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.