It-temp se jinbidel għal tmiem il-ġimgħa?

Minkejja li jidher li s-Sibt u l-Ħadd mhux mistennija x-xita, jidher li t-temp ikrah xorta se jibqa’ jżommilna kumpanija.

Wara li llum esperjenzajna bosta ħalbiet tax-xita madwar il-Gżejjer Maltin, is-Sibt u l-Ħadd mistennija li jkunu xi ftit imsaħħba. It-temperatura mistennija tibqa’ kemmxejn simili bl-ogħla titla’ għal 31 grad.

Minħabba r-riħ, il-Malta Red Cross immarkat bosta bajjiet madwar il-Gżejjer Maltin b’żewġ bnadar ħomor. Dan huwa sinjal sabiex kull min ikun biħsiebu jgħum f’dawn iż-żoni jaħsibha darbtejn hekk kif il-kurrent tal-baħar jista’ jkun perikoluż u hemm possibiltà li partijiet mill-bajja jintlaqtu mis-sajjetti. Ir-Red Cross talbet sabiex kulħadd isegwi l-istruzzjonijiet offruti lilhom.

Il-bnadar ikuluriti li jidhru fuq il-bajjiet mhux qegħdin hemm biex iżejnu, iżda kull waħda minnhom trid twassal messaġġ. Il-bandiera ħadra tfisser li l-baħar ikun f’kundizzjoni tajba għall-għawn, iżda żewġ bnadar ħomor ifisser li l-bajja hija magħluqa għall-għawwiema.

Due to deteriorating weather conditions several beaches have their Double Red Flag put up. It is advised to avoid…

Posted by Malta Red Cross on Wednesday, August 22, 2018