It-temp illum: Żomm umbrella u ġakketta viċin

Miguela Xuereb

Jekk bi ħsiebek toħroġ illum ara li toħroġ miegħek umbrella u tilbes ġakketta.

Dan hekk kif l-Uffiċċju Metereoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissija ta’ ħalbiet iżolati tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ. Dawn jista’ anke jkunu bis-silġ. L-uffiċċju qal li din it-twissija għandha tibqa’ fis-seħħ sat-3pm.

Intant, l-ogħla temperatura għal-lum se tkun dik ta’ 20 grad Celsius, filwaqt li l-inqas se tkun dik ta’ 13-il grad Celsius.

Għandek ritratti tal-maltemp? Ibagħthom fuq info@newsbook.com.mt.