It-temp iħarbat ukoll l-aħħar jum tal-karnival

Minħabba l-kundizzjoni tat-temp, iċ-ċelebrazzjonijiet tal-għeluq tal-Karnival ta’ Malta li kellhom isiru llejla, ġew ikkanċellati.

Fi stqarrija, il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti qal li wasal għal din id-deċiżjoni specjalment biex iħares is-sigurtà tal-parteċipanti u l-pubbliku.

Il-kundizzjoni tat-temp fl-aħħar jiem ħarbat kull pjan tal-organizzaturi u tad-dilettanti.