Filmat: It-temp iħarbat is-servizz tal-linja kollu

Is-servizz kollu tat-trasport pubbliku qed jiġi affettwat mill-maltemp.

Kelliema għall-Malta Public Transport qalet ma’ Newsbook.com.mt li qed isegwu l-istruzzjonijiet mill-awtoritajiet dwar liema toroq jistgħu jintużaw.

Facebook

Il-kumpanija qalet li dawn ir-rotot mhux qed jaħdmu:

  • 45
  • TD3
  • TD13
  • 223
  • 212
  • 221

Għall-aħħar aġġornamenti dwar is-servizz tal-linja, wieħed jista’ jidħol hawn.

Jingħalaq it-terminal taċ-Ċirkewwa

Il-MPT qalet ukoll li t-terminal taċ-Ċirkewwa ngħalaq b’mod temporanju u li r-rotot qed jispiċċaw l-Għadira minflok.

Bosta djar qrib ix-xtut qed jiġu evakwati minħabba l-maltemp. Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Pulizija, li kkonfermat li fosthom hemm xi djar f’San Ġiljan.

It-Triq ta’ ma’ Xatt il-Pwales tinsab miżgħuda bil-ħut hekk kif il-mewġ qed jiksi l-art. Dan wara li l-gżejjer Maltin ġew maħkuma minn riħ b’qawwa ta’ riefnu li qed jikkawża diversi ħsarat u periklu fit-toroq.

Filmat: Rene Rossignaud