It-tellieqa għat-titlu spiċċat għalina – Pep guardiola

Il-maniġer ta’ Manchester City stqarr li t-tellieqa għat-titlu tal-Premier League spiċċat wara li City tilfu kontra Wolves bl-iskor ta’ 3-2.

Bħalissa City qegħdin fit-tielet post, 14-il punt taħt Liverpool u punt biss taħt Leicester City li qegħdin fit-tieni post. Waqt intervista ma’ stazzjon tar-radju Ingliż, Guardiola qal li l-vantaġġ hu kbir wisq u jħoss li t-tellieqa spiċċat.

City tilfu ħames logħbiet tal-Premier League dan l-istaġun, logħba aktar mill-istaġun tas-sena li għaddiet.

Guardiola stqarr li ma jkunx realistiku jekk jimmiraw li jaqbżu lil Liverpool, iżda għad hemm żgur ċans li jiġġieldu għat-tieni post.