It-Telgħa tas-Saqqajja se tingħalaq għal 22 siegħa

Mis-sagħtejn tal-lum waranofsinhar sa għada s-Sibt f’nofsinhar it-Telgħa tas-Saqqajja se tkun magħluqa għat-traffiku.
Fi stqarrija, Transport Malta qalet li dan minħabba li se tkun qed tagħmel l-aħħar saff t’asfalt.
Appellat lis-sewwieqa biex jevitaw l-inħawi, isegwu s-sinjali u l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali.