It-telefonati lil Santa Klaws jissarrfu fi €850 għal Puttinu

B'telefonata minn Għawdex lil Santa Klaws, tfal minn kull rokna ta' Malta u Għawdex irnexxielhom jiġbru €848.31 b'risq Puttinu Cares. 
Għat-tieni sena konsekuttiva, iċ-Ċentru Kummerċjali The Duke, reġa' offra opportunità lit-tfal li riedu jitkellmu ma' Santa Klaws.  Wara li jagħtu donazzjoni, it-tfal jidħlu fil-kju, jistennew biex jidħlu fil-kamra maġika.  
X'ħin joħorġu mill-kamra jingħataw xi ħelu u rigal żgħir. 
Il-Kumitat ta' Puttinu Cares f'Għawdex jirringrazzja lill-maniġment u lill-impjegati ta' The Duke, li minn sena għall-oħra jagħmlu l-għalmu tagħhom biex jgħinu lil dawk fil-bżonn.  
Irringrazzja wkoll lill-voluntiera li taw ukoll daqqa t'id fejn kien hemm bżonn.