It-teknoloġija mil-lenti ta’ Aston Martin u Forbes f’Malta

500 persuna mill-qasam tat-teknoloġija se jipparteċipaw fil-konferenza ZEST f’Settembru li ġej.
Il-kelliema jinkludu fost l-oħrajn rappreżentanti ta’ Aston Martin, Forbes u Ernst and Young.
Il-programm tal-konferenza li se ssir bejn id-19 u 20 ta’ Settembru fil-lukanda Radisson Blu Golden Sands Resort and Spa jinkludi diskorsi u workshops fuq it-teknoloġija.
Id-dettalji ta’ din il-konferenza tħabbru mis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.
Il-konferenza qed tiġi organizzata mill-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni.
Aktar dettalji hawn.