It-Teatru Rjali għandu jerġa’ jinbena – PD

Il-Partit Demokratiku appella biex it-Teatru Rjali fil-Belt Valletta jerġa’ jinbena. Fi stqarrija l-Partit Demokratiku qal li ma jistax jingħad li l-proġett tal-perit ta’ fama internazzjonali Renzo Piano kien ta’ suċċess totali.

Il-PD innota l-wiegħda tal-Gvern li jagħmel konsultazzjoni pubblika dwar is-sit u qal li l-Maltin għandhom jingħataw dak li ilhom iridu żmien, jiġifieri li jinbena t-Teatru Rjali. Huma spjegaw li dan m’għandux jinbena għas-skapitu ta’ inizjattivi kontra l-faqar iżda pproponew li jinħareġ tender għal proġett bi sġab mal-privat.

Fl-istqarrija, il-Partit Demokratiku qal li qed japprova x-xiri ta’ Villa Gwardamangia fejn spjegaw li din hija waħda mit-teżori uniċi fil-patrimonju Malti.

Temmew l-istqarrija billi qalu li din il-binja ikonika fil-Belt Valletta tibqa’ waħda mill-akbar proġetti miħud lill-pubbbliku u għaldaqstant għandu jerġa’ jibena u jintuża’ bl-aħjar mod għas-seklu 21.