It-Teatru Manoel jinfetaħ għall-anzjani

DOI / Omar Camilleri

Għadd ta’ anzjani li jgħixu f’San Vincenz de Paule jew li jattendu day centres u istituzzjonijiet oħrajn wieġbu għal stedina li saritilhom biex jattendu t-Teatru Manoel.

Għal ħafna minnhom din kienet l-ewwel darba li attendew it-Teatru Manoel fejn kellhom l-opportunità jaraw, bla ħlas, wirja mill-isbaħ dwar id-diski ta’ Gaetano Kanta.

Il-kunċert bl-isem ta’ ‘Down Memory Lane’, niżel għasel mal-anzjani li mlew it-teatru għax ħadhom lura fis-snin meta Malta kienet tgawdi popolarità kbira grazzi għall-kantant Gaetano Buttigieg, magħruf aktar bħala Gaetano Kanta. Fil-fatt il-kunċert kollu ttella’ mill-familja ta’ Gaetano, il-familja tal-kantanti Bezzina, fosthom Gianluca Bezzina.

DOI / Omar Camilleri

Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici qal li l-Gvern hu impenjat li jipprovdi kultura inklussiva u aċċessibbli.

L-attività kellha produzzjoni tat-Teatru Manoel u direzzjoni ta’ Dorothy Bezzina.