It-Teatru Manoel jerġa’ jiftaħ il-bibien tiegħu

Teatru-Manoel-pandemija
Facebook

It-Teatru Manoel reġa’ fetaħ il-bibien tiegħu wara li għalaq minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Ilbieraħ ittellgħet l-ewwel serata fit-teatru nazzjonali, b’xi miżuri kontra l-imxija tal-coronavirus. In-nies fl-udjenza poġġew b’tali mod li kienu mbegħdin minn xulxin.

Din kienet l-ewwel darba li t-teatru nfetaħ għall-pubbliku minn Marzu ‘l hawn, meta għalaq meta bdew ifeġġu l-ewwel każijiet tal-coronavirus f’Malta.

Għal din l-ewwel serata kantat is-soprano Nicola Said flimkien mal-mużiċisti Nadine Galea, Christine Zerafa, Stefan Calleja, Godfrey Mifsud u Desirée Quintano.