​It-Tazza tal-President fl-Isparar

Il-President ta’ Malta Dr. George Abela nieda t-Tazza tal-President meta laqa’ għandu fil-Palazz ta’ San Anton lil President tal-Malta Shooting Sport Federation (MSSF) Saviour Portelli u lill-membri tal-kunsill.
It-Tazza tal-President ġiet magħmula miċ-ċeramista Paul Haber fejn isimbolizza l-bandiera Maltija u l-isparar.
Għalhekk l-MSSF se torganizza turnament fix-shooting range tal-Bidnijia bejn id-19 u l-20 ta’ Lulju.
Intant il-President ta’ Malta ppreżenta lir-rebbieħa tal-Mira Għall-Istrina 2013 iċ-ċertikfikati kommemorattivi.