It-Tazza tad-Dinja tasal fir-Russja

It-Tazza tad-Dinja waslet f’Moska u ġiet ippreżentata lill-pubbliku minn Lothar Matthaus, mis-sindku tal-belt Sergei Sobyanin u mill-ambaxxatriċi għal din l-edizzjoni Liasan Utiasheva.
Jonqos biss 11-il jum qabel ma tintlagħab l-ewwel logħba bejn ir-Russja u l-Arabja Sawdita.
Permezz ta’ traduttur, Matthaus kellem lill-pubbliku dwar x’jiġifieri tirbaħ dan it-trofew prestiġjuż.
L-eks plejer tat-tim nazzjonali Ġermaniż kellu l-unur li jirbaħ din il-kompetizzjoni fl-1990.
Hu sostna “Inħossni kburi li ninsab hawn biex nippreżentalkom din it-tazza. Bejn l-14 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Lulju ir-Russja se tkun tassew iċ-ċentru tad-dinja.”