It-Tazza tad-Dinja 2018 tibda llum

It-turnew tant mistenni se jibda llum fejn fl-ewwel logħba r-Russja se tilgħab kontra l-Arabja Sawdita fi Grupp A.

Il-partitarji jistgħu jistennew xahar mimli emozzjonijiet hekk kif 736 plejer minn 32 pajjiż se jikkompetu għal wieħed mill-aktar trofej prestiġjużi fil-futbol. Il-kompetizzjoni qed tirritorna fl-Ewropa għall-ewwel darba minn meta l-Italja, li ma rnexxilhomx jikkwalifikaw għal din l-edizzjoni, rebħuha fl-2006 waqt li ttellgħet fil-Ġermanja.

Iċ-ċerimonja tal-ftuħ se sseħħ 30 minuta qabel l-ewwel logħba fil-Luzhniki Stadium ġewwa Moska u se tinvolvi lill-kantant Ingliż Robbie Williams, lis-soprano Russa Aida Garifullina, lill-kantant tal-opra Placido Domingo u lit-tenur Juan Diego Florez.