It-taxxa fuq vetturi f’Malta kważi t-tripplu ta’ dik fl-UE

It-taxxa fuq il-vetturi f’Malta hi 3.5%, filwaqt li t-taxxa medja fl-Unjoni Ewropea hi 1.3%. Dan ifisser li t-taxxa f’Malta fuq il-vetturi hi kważi t-tripplu ta’ dik fl-UE.
Dan joħroġ minn analiżi li għamel il-President tal-Malta Automobile Club, Alfred A. Farrugia, li wera kif it-taxxa fuq il-vetturi bħala persentaġġ tat-taxxa totali f’Malta, tibqa’ l-agħar waħda fl-UE. Dan skont pubblikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, li titratta t-taxxa fl-UE.
Isostni li f’dawn l-aħħar 10 snin, it-taxxa fuq il-vetturi f’Malta dejjem baqgħet nieżla, apparti fl-2011, fejn baqgħet 4.2%, bħalma kienet fis-sena preċedenti.
Itemm billi jgħid li forsi wasal iż-żmien li l-Ministru u s-Segretarji Parlamentari jibdew iħallsu t-taxxa fuq il-vetturi minn bwiethom stess biex jirrealizzaw kemm hi għolja t-taxxa fuq il-vetturi f’Malta.