It-taxxa fuq id-dħul minn kirjiet tonqos għal 15%

Il-Gvern qed jintroduċi taxxa finali fuq id-dħul minn kirjiet biex din titnaqqas minn 35% għal 15%.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li din l-inizzjattiva se tnaqqas l-evażjoni tat-taxxa u jiżdied id-dħul tal-Gvern.
Ir-rata ġdida ta’ 15% se tkun applikabbli fuq kirjiet residenzjali jew garaxxijiet. Din l-inizjattiva tapplika kemm għal individwi u kumpaniji.
Il-Ministru qal li l-Gvern ħass li kien hawn evażjoni kbira fuq it-taxxa mid-dħul tal-kiri. Spjega li din l-iskema se tgħin biex tonqos din l-evażjoni. Qal li din l iskema mhux se tigi repetuta u dawk li jridu jħallsu jistgħu jagħmlu dan sa Ġunju.
Huwa qal li se jiġu introdotti penaltajiet f’każ li din it-taxxa ma titħallasx.
Mistoqsi dwar il-Bank Guarantee li allegatament tal-Gvern biex jassigura self mill-bank, il-Ministru Scicluna kkonferma li sakemm ilu Ministru hu, din kienet l ewwel darba.