It-tatwaġġ jista’ jikkawża l-kanċer

Studju riċenti, mill-Aġenzija Ewropea tal-Kimiċi, (ECHA) sab li l-linka użata biex isir tatwaġġ tista’ żżid ir-riskju tal-kanċer.
L-Aġenzija, li tirregola l-użu tal-kimiċi fl-Ewropa qalet li l-linka tista’ twassal għall-problemi fil-ġilda, fosthom allerġija u ħakk li jdum is-snin.
Aktar tard dan jista’ jwassal biex jiżviluppa kanċer.
L-istudju sab ukoll li l-istess kimika tista’ twassal għal infertitiltà u problemi fl-iżvilupp tat-tfal.
L-Aġenzija mistennija tippublika lista ta’ kimiċi użati biex isiru t-tatwaġġi, b’uħud minnhom jistgħu saħansitra jkunu pprojbiti.
L-istudju sab li l-linka l-ħamra hija l-aktar perikoluża iżda anke kuluri oħra, fosthomm il-blu u l-aħdar.
L-Aġenzija kienet mitluba tinvestiga l-effett ta’ dawn il-kimiċi għax minkejja li jkunu njettati fil-ġisem mhumiex irregolati b’regolamenti bħal kimiċi oħra li jinsabu f’mediċina u anke ikel.
Riċekaturi, mill-Università ta’ New York, sabu li wieħed minn kull 20 persuna li għandha tatwaġġ, issofri minn kumplikazzjonijiet fil-ġilda.
Studju ieħor mill-Università ta’ Bradford ukoll wasal għall-istess konklużjonijiet.