It-Tarzna Palumbo tikklassifika fit-3 post

It-Tarzna ta’ Palumbo f’Malta ġiet ikklassifikata fit-tielet post minn madwar id-dinja fil-manutenzjonijiet tal-cruise liners.
Dan hekk kif is-sena l-oħra, il-ħaddiema tat-Tarzna rebħu kuntratti biex isewwu u jindukraw il-cruise liners Costa NeoRiviera, Thomson Spirit, Mein Schiff 2 u Mein Schiff 3.
Palumbo kienet biss bastiment ’il bogħod milli tokkupa t-tieni post fil-klassifikazzjoni internazzjonali u għaldaqstant, il-mira tagħha hi li s-sena d-dieħla, tissielet u takkwista dan il-post.
It-Tarzna Grand Bahama, li tinsab fir-rotta tal-cruise liners tal-Karibew, ġiet l-ewwel fil-klassifika hekk kif irrinovat 21 bastiment.
Skont rapport maħruġ minn Seatrade Cruise News, is-sena l-oħra kien hemm madwar 62 cruise liner għat-tiswija.