It-tarbija ta’ Johnson tieħu isem it-tobba li salvaw il-ħajja tal-PM

Carrie Symonds u Boris Johnson semmew lit-tarbija tagħhom Wilfred Lawrie Nicholas Johnson, bl-isem Nicholas magħżul minħabba isem iż-żewġ tobba li salvaw ħajjet il-Prim Ministru Ingliż.

Ms Symonds ħabbret dan fuq Instagram u qalet li binhom ħa isem in-nanniet tal-kopja li kien jisimhom Wilfred u Lawrie.

Hi qalet li t-tifel ngħata wkoll l-isem tat-tobba li salvaw il-ħajja ta’ Boris Johnson waqt li kien fil-kura intensiva fl-aħħar ġimgħat minħabba l-coronavirus.

Hija rringrazzjat lill-midwives u lill-istaff kollu tal-University College Hospital (UCLH) ta’ Londra.

Fir-ritratt, Carrie Symonds ta’ 32 tidher tħaddan magħha lit-tarbija tat-twelid li jidher b’xagħru ffullat.