It-tarbija li waqgħet mill-gallerija tinsab f’qagħda kritika iżda stabbli

It-tarbija ta’ sena, li aktar kmieni din il-ġimgħa, waqgħet minn gallerija f’Pembroke, tinsab f’qagħda kritika iżda stabbli.

Hija waqgħet minn gallerija ta’ residenza fi Triq Pietru D’Armenia f’Pembroke nhar it-Tlieta li għadda għal ħabta tas-5.45 pm.

It-tifla kienet qiegħda f’gallerija fit-tielet sular ta’ residenza privata.