Tmut it-tarbija bl-infezzjoni fid-demm

Il-Gvern fi stqarrija ħabbar li t-tarbija li daħlet l-isptar Mater Dei nhar il-Ħadd li għadda u li kienet qed tbati mis-settiċemija, infezzjoni fid-demm, mietet aktar kmieni llum.

Tarbija ta’ 8 xhur l-ITU; infezzjoni fid-demm

Kien il-Gvern stess li waqt laqgħa mal-ġurnalisti qal li t-tarbija ta’ tmien xhur kienet qiegħda fil-kura intensiva minħabba mikrobu magħruf bħala settiċemija. Għal dawn l-aħħar jiem hija kienet tinsab f’kundizzjoni kritika.

Fuq Facebook, il-familjari ppubblikaw messaġġi ta’ dieqa għat-telfa ta’ binthom Elise.

My baby passed away🖤 rest now our little angel in heaven INHOBBOK HAFNA.Misirek!🖤🖤🖤🖤

Posted by Josmike Cesare on Wednesday, January 30, 2019