It-taqbil tat-tfal: għadu l-istess?

Nhar il-Ħamis, 30 ta' Novembru 2017 se ssir taħdita minn Rebecca Vella dwar “It-Taqbil tat-Tfal”, fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fis-6.00pm.
It-taqbil tat-tfal hu fergħa tat-tradizzjoni orali li tikkonsisti minn għadd ta’ versi li tipikament jingħadu jew jitkantaw mit-tfal jew lit-tfal għall-gost inkella waqt xi logħba.
F’din it-taħdita Rebecca Vella se tippreżenta l-istudju li għamlet fuq il-varjazzjoni fit-taqbil tat-tfal. L-analiżi ta’ dan l-istudju tistrieħ fuq ġabra ta’ taqbil li sabet f'diversi kotba u minn għadd ta’ intervisti li għamlet ma’ 30 ruħ minn tliet lokalitajiet differenti.
Waqt it-taħdita se nisimgħuha wħud minn dawn ir-rikordings ta' taqbil tat-tfal.
Ħajr lil Dr Michael Spagnol, it-tutur tat-teżi ta' Rebecca Vella, għall-għajnuna tiegħu fit-tħejjija ta' din it-taħdita.
Kulħadd huwa mistieden u d-dħul huwa b'xejn.