It-Taljani jsalvaw 323 persuna fl-ibħra Maltin

Fl-aħħar sigħat l-awtoritajiet Taljani salvaw 432 persuna min-nawfraġju.  Waħda miż-żewġ ħidmiet kienet tinvolvi salvataġġ f’ibħra territorjali Maltin.
Ilbieraħ Malta kienet qed tipprova ssalva 323 persuna minn fuq dgħajsa waħda iżda kellha titlob l-għajnuna tal-Italja li bagħtet sitt dgħajjes biex jgħinu fis-salvataġġ.
Ilbieraħ ukoll it-Taljani salvat ukoll 90 persuna li kienu fuq dingi f’ibħra Libjani. 
3 mill-persuni li ġew salvati lbieraħ kienu jinsabu f’kundizzjoni gravi.
Il-Ministru Taljan għall-Intern Angelino Alfano qal li minn Mejju 2013 sa issa ġew arrestati 539 persuna li allegatament kienu involuti fl-ittraffikar ta’ persuni mill-Afrika ta’ Fuq. 
Ħafna minnhom huma Tuneżini u Eġizzjani.