It-Taljani jirbħu l-kuntratt għall-estensjoni taċ-ċimiterju tal-Addolorata

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar fil-Parlament li l-konsorzju magħżul għall-proġett ta' estensjoni u bini ta’ aktar oqbra fiċ-ċimiterju tal-Addolorata hija l-kumpanija Taljana Campo-Santo.
Waqt li kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Chris Said, il-Ministru qal li huwa ppjanat li l-estenzjoni tal-oqbra titlesta sa massimu ta’ 36 xahar minn meta jinbeda x-xogħol.
Skont il-kuntratt b’valur ta' €16-il miljun, iċ-ċimiterju għandu jkollu żieda ta' 2,800 qabar ġdid waqt li l-kuntrattur qed ikun obbligat jirrestawra ċ-ċimiterju bi spiża ta' €6 miljun.
Il-konsorzju jrid jieħu r-responsabbiltà taċ-ċimiterju għal 15-il sena.