It-Taljani jaqblu ma’ Salvini fuq l-immigrazzjoni

Matteo Salvini

Il-Ministru għall-Intern tal-Italja Matteo Salvini sar popolari ħafna mal-pubbliku wara l-battalja tiegħu mal-Unjoni Ewropea fuq l-imigrazzjoni, battalja li ġabitu fl-għali saħansitra mal-Qrati Taljani.

Membru tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda, flimkien ma pajjiż li għandha ħsibijiet biex tissieħeb mal-Unjoni Ewropea, l-Albanija, qablu li jieħdu ftit mill-150 immigrant li daħlu fil-port ta’ Katanja iżda ma tħallewx jiżbarkaw mill-Ministru.

Però, Salvini qed jiġi investigat minn maġistrat minħabba l-allegatament abbuż tal-poter, xiħaġa li saħħet il-popolarità ta’ Salvini man-nies. Penzjonant ta’ 76 sena sostna li Salvini prova jsalva l-Italja milli tkun il-post fejn Afrika tarmi n-nies, u għalhekk, mhux sew li qed jiġi investigat.