It-Taljani avżati biex ma jivvjaġġawx fl-Ewropa

Commons Wikipedia - DV

Read in English.

It-Taljani ġew avżati sabiex kemm jista’ jkun ma jivvjaġġawx fl-Ewropa minħabba ż-żieda fil-każijiet ta’ coronavirus, bil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin javża’ li dawk li jivvjaġġaw kapaċi jkollhom problemi biex jerġgħu jidħlu lura fil-pajjiż speċjalment f’każ li jkun hemm il-ħtieġa li jiddaħħlu restrizzjonijiet ġodda.

Il-Ministeru qal li minħabba l-fatt li hemm numru għoli ta’ infezzjonijiet f’ħafna pajjiżi Ewropej, mhux qed tkun eskluża l-possibiltà li jkunu imposti restrizzjonijiet fuq vjaġġar jekk dan jikkumplika d-dħul lura fl-Italja.

Skond il-Ministeru, jista’ jkun hemm problemi simili, jekk mhux iżjed serji, biex wieħed jidħol lura fl-Italja f’każ li jkun qed jivjaġġa f’pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea. 

L-għadd ta’ każijiet ġodda ta’ COVID f’dawn l-aħħar 24 siegħa nieżel għal 17,012 mill-21,000 reġistrati l-Ħadd, qal il-Ministeru tas-Saħħa Taljan.

Għaldaqstant, kien hemm 141 vittma ġdida, imqabbla mal-128 tal-Ħadd.

L-għadd ta’ swabs naqas ukoll, għal 124,686, jiġifieri madwar 40,000 inqas mill-161,880 swab test li saru l-Ħadd.