It-Talibani barra mid-diskussjonijiet għal Paci mal-Istati Uniti

It-Talibani mhux se jattendu għal taħditiet tal-Paċi mal-Istati Unit fl-Arabja Sawdija dan ix-xahar wara li nbiddel il-post tad-diskussjonijiet għal Qatar b’tentattiv li jbeghdu l-Gvern Afgan milli jieħu sehem fit-taħditiet.

In-negozjati, r-raba’ f’din is-serje għandhom l-għan li jtemmu 17 –il sena ta’ gwerer fl-Afganistan huma mistennija bejn il-kapijiet tat-Taliban u l-mibgħut speċjali Amerikan Zalmay Khalil-zad biex jiddiskutu l-irtirar tal-forzi barranin u possibilita’ ta’ waqfien mill-ġlied fl-2019.

Il-kapijiet tal-grupp militanti Iżlamiku rrifjuta l-offerta tal-Gvern minn Kabul għal diskussjonijiet diretti minkejja l-pressjoni dejjem tikber internazzjonali favur il-Gvern Afgan bl-appoġġ tal-punent li jkollu siġġu mal-mejda tad-diskussjoni.