Aġġornata: It-Taliban jattakka l-Parlament Afgan

Aġġornata fl-4.00pm:
Attakk koordinat mit-Taliban fuq il-Parlament tal-Afganistan, intemm, bis-seba' militanti jinqatlu kollha.
Il-Gvern Afgan ikkonferma dan wara assedju ta’ sagħtejn.
Skont il-Gvern, l-ewwel splodiet karozza bomba, mimlija dinamite, barra r-rixtellu tal-Parlament, imbagħad karozza oħra b'għadd ta' militanti saqet għal fuq il-bini qrib ħafna tal-Kamra.
Minn inħawi oħra, ġiet sparata bomba li spiċċat fuq il-bejt tal-Parlament, li ħadet u riegħdet il-bini. 
Il-Pulizija evakwat il-bini, waqt li n-numru tal-midruba tela' għal 31, fosthom nisa u tfal, imma ebda deputat Parlamentari.
It-Taliban ħa r-responsabiltà u qal li l-attakk seħħ qabel vot biex jinħatar Ministru ġdid għad-Difiża.