Irrifjutata t-talba ta’ Trump għal detenzjoni għat-tfal

Reuters

It-Tnejn, Maġistrat Amerikan ma laqax it-talba ta’ Trump għal detenzjoni fit-tul għal tfal tal-immigranti li jaqsmu l-fruntiera bejn il-Messiku u l-Istati Uniti.

Il-Maġistrat Dolly Gee sejħet il-proposta tad-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikan li jemenda ftehim tal-1997 magħruf bħala Flores Agreement “dubjuża” u “mhux konvinċenti.” Dan il-ftehim jgħid li t-tfal ma jistgħux jinżammu f’detenzjoni għal perjodu twil.

Dan wara li xahar ilu, maġistrat ieħor ordna lill-awtoritajiet biex jerġgħu jgħaqqdu lill-familji li kienu firdu meta qasmu l-fruntiera. 

Aqra iktar hawn.