“It-talba ta’ Schembri hija ta’ tħassib għad-demokrazija” – Manfred Weber

Iċ-Chairman tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Weber esprima t-tħassib tiegħu dwar li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri talab biex il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil jiġi investigat fuq kalunji, rapport falz lill-awtoritajiet u ġurament falz li għadda lill-Qorti meta ppreżenta rikorsi kontra Schembri fil-Qorti.
Huwa qal li l-fatt li Chief of Staff ta’ Prim Ministru ressaq din it-talba kontra Kap ta’ Oppożizzjoni huwa ta’ tħassib kbir fuq id-demokrazija u s-saltna tad-dritt.
Huwa appella lill-Gvern biex ma jaddottax metodi li jpoġġuh f’riskju. Żied jgħid li l-Partit Popolari Ewropew għadu qed jistenna kjarifiki mingħand Joseph Muscat dwar l-involviment tiegħu fil-każ tal-Panama.