It-talba ta’ rikuża tal-Imħallef Padovani Grima mill-GWU tiġi milqugħa

Il-General Workers Union (GWU) għamlet talba għar-rikuża tal-Imħallef Jacquelin Padovani Grima wara li rriżulta li l-Avukat Kenneth Grima jiġi ħuha. L-appell tal-GWU ġie milquh mill-Qorti tal-Appell. Il-Qorti ordnat ukoll ir-rikuża tal-Imħallef Padovani Grima f’kawża politika li fetaħ l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil dwar kirja ta’ uffiċini fil-Workers Memorial Building fil-Belt.

Grima inzerta wkoll senior partner ta’ ditta tal-avukati li l-avukati tagħha qegħdin jidhru għall-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil. Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti tal-Appell qalet li ssibha diffiċli tifhem kif l-ewwel qorti setgħet tiġġustifika n-nuqqas ta’ rikuża. Il-qorti tal-Appell żiedet tgħid li din mhix sempliċiment kawża dwar dritt privat, iżda kawża politika dwar binja li ngħatat b’ċens mifdi mingħand il-Gvern.

Il-Qorti tal-Appek qalet li din ir-rabta bejn l-Imħallef Padovani Grima u d-ditta tal-Avukati tista’ toħloq imparzjalita oġġettiva. Fid-dawl ta’ dan il-Qorti ħassret is-sentenza tal-ewwel qorti għax qalet li jkun hemm ksur tal-jedd lejn il-GWU għal smigħ xieraq.