It-talba għall-maħfra ta’ Fenech tista’ twassal għal kriżi politika?

Kont involut fl-assassinju ta’ Daphne? – Il-Pulizija staqsew lil Cardona

Sal-bieraħ, l-attenzjoni kienet fuq iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi, li l-kumpaniji tagħhom fil-Panama, skont l-accountants tagħhom, kienu se jirċievu €2 miljun minn 17 Black, il-kumpanija bbażata f’Dubaj, li s-sid tagħha huwa Yorgen Fenech. Filwaqt li l-mistoqsijiet dwar Schembri u Mizzi jibqgħu validissimi, l-attenzjoni issa daret fuq il-Ministru Chris Cardona, wieħed mid-Deputati Mexxejja tal-Partit Laburista.

Il-Pulizija bagħtu għal Cardona, wara li jew Melvin Theuma, inkella Yorgen Fenech, jew it-tnejn li huma, qalu xi ħaġa dwaru, waqt li kienu qed jiġu interrogati dwar għarfien ta’ possibilment involviment fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Kont involut fl-assassinju ta’ Daphne? – Il-Pulizija staqsew lil Cardona

Il-fatt li l-Pulizija bagħtu għal Cardona huwa importanti ħafna fih innifsu. Cardona qisha mhux importanti. Iżda dan tant huwa gravi li għandu jwassal għal riżenji.

Cardona kkonferma fi stqarrija, li l-Pulizija bagħtu għalih biex jistaqsuh dwar dawk li huwa sejjaħ “spekulazzjonijiet li saru dwaru fil-passat”. Imma l-Pulizija għaliex bagħtu għalih dwar l-imgħoddi, meta fl-imgħoddi qatt ma għamlulu dawn il-mistoqsijiet?

Il-Ministru għall-Ekonomija qal lil Malta Today li l-Pulizija staqsewh erba’ mistoqsijiet:

1.    Tafu lil Melvin Theuma, dak li qed jitqies bħala sensar fl-assassinju tal-ġurnalista Caruana Galizia?

2.    Kont involut fl-assassinju ta’ Daphne?

3.    Għaddejt xi flus?

4.    Għaliex waqqajt il-libelli kontra Daphne Caruana Galizia?

Ovvjament Cardona wieġeb ‘le’ għall-ewwel tliet mistoqsijiet. Qal ukoll li hu ma waqqax il-libelli kontra Caruana Galizia.

F’idejn min hi d-deċiżjonijiet?

Id-deċiżjoni dwar id-dimensjoni politika tal-kaz definittivament tinsab f’idejn il-Prim Ministru. Hu għandu jiddeċiedi jekk jibqax iżomm ma’ Cardona bħalma qed jagħmel ma’ Schembri u Mizzi. Se jġiegħel lil Cardona jirriżenja mill-Kabinett u mill-Partit Laburista?

Imma fejn tiġi t-talba ta’ Yorgen Fenech għall-maħfra presidenzjali, is-sitwazzjoni hi aktar kumplessa.

Jista’ l-Prim Ministru jiddeċiedi li jirrakkomanda l-maħfra presidenzjali għal xi ħadd li qed jintqal li jista’ jagħti informazzjoni negattivi dwar wieħed mill-ministri tiegħu, li huwa wkoll id-Deputat Mexxej tal-partit tiegħu?

Jista’ l-kabinett jirrakkomanda din il-maħfra, meta wieħed mill-membri jista’ jkun involut?

Bla dubju, it-talba ta’ Yorgen Fenech għall-maħfra presidenzjali tiftaħ Pandora’s Box u forsi titfa’ anke dawl fuq id-deċiżjoni tal-Prim Ministru li jiddeċiedi waħdu għat-talba tal-maħfra presidenzjali ta’ Melvin Theuma, minflok ma jikkonsulta mal-kollegi tiegħu fil-Kabinett?

L-iskript tal-House of Cards ta’ Malta qed jinkiteb, u kif.