Se tkompli tiżdied it-talba għall-carers tal-anzjani

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Dr Franco Mercieca qal li l-Gvern jinsab impenjat biex il-carers tal-anzjani jkollhom kundizzjonijiet aħjar fuq il-post tax-xogħol tagħhom.

Meta kien qiegħed jattendi għal ċerimonja ta’ għoti ta’ ċertifikati f’dar tal-anzjani f’Ħ’Attard, huwa qal li dan huwa mportanti sabiex l-anzjani jingħataw kura tal-aqwa kwalità possibbli.

Franco Mercieca tkellem dwar l-importanza ta’ dawn il-korsijiet u l-ħtieġa li aktar persuni jitħarrġu fil-qasam tal-kura tal-anzjani.  

Kompla jgħid li fid-dawl tal-fatt li l-anzjani qed jgħixu aktar minħabba avvanzi kbar li saru matul is-snin fil-qasam tal-kura tas-saħħa, it-talba għal carers se tkompli tiżdied.