It-talba għal elezzjoni bikrija ta’ Boris Johnson terġa’ tfalli

FILE PHOTO: Julian Simmonds

Il-Membri Parlamentari Ingliżi reġgħu rrifjutaw it-talba ta’ Boris Johnson għal elezzjoni bikrija. Dan hekk kif il-Parlament se jibda l-ħames ġimgħat ta’ sospensjoni tiegħu.

293 MP ivvutaw favur il-mozzjoni tal-Prim Ministru għal elezzjoni bikrija, iżda dan ma kienx biżżejjed biex il-mozzjoni tgħaddi. L-MPs tal-Oppożizzjoni kienu kkonfermaw li mhux se jissapportjaw elezzjoni f’Ottubru jekk ma tidħolx liġi li ma tħallix Brexit iseħħ mingħajr ftehim.

Is-sospensjoni tal-Parlament seħħet fis-2am llum u se jkun qed jiftaħ mill-ġdid fl-14 ta’ Ottubru.

Aqra: Protesti fir-Renju Unit kontra l-proposta ta’ Boris Johnson

Aqra: Aġġornata: Ir-Reġina se tissospendi l-Parlament f’Settembru

Aqra: Boris Johnson jgħid li mhux veru qed jevita negozjati mal-UE