It-talb f’Santa Marija offrut għal dawk milquta mill-pandemija

knisja.mt

L-Arċisqof Charles Scicluna għada se jiltob ir-Rużarju u l-att ta’ konsagrazzjoni lill-Verġni Marija Omm tas-Saħħa waqt li jżur is-Santwarju tal-Madonna tas-Saħħa fil-Knisja ta’ San Franġisk ir-Rabat.

Fi stqarrija maħruġa mill-Kurja tal-Arċisqof intqal li dan it-talb li se jibda fil-11.30am se jiġi offrut b’mod partikolari għas-saħħa ta’ Malta fiċ-ċirkustanzi preżenti u għal dawk kollha milquta mill-pandemija tal-Covid-19.

Qabel, fid-9.30am, l-Arċisqof se jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina.

Il-quddies se jixxandar fuq Newsbook.com.mt hawnhekk, fuq Knisja.mt u fuq TVM2 filwaqt li t-talb jixxandar fuq Newsbook.com.mt, fuq Knisja.mt u fuq Xejk TV.