It-Tajwan jitlef alleat għaċ-Ċina

It-Tajwan alleat Ċina Taiwan bandiera

It-Tajwan tilef alleat ieħor għaċ-Ċina meta r-rabtiet diplomatiċi mal-El Salvador marru għall-agħar. Dan kien it-tielet pajjiż li ntilef mit-Tajwan għaċ-Ċina din is-sena.

Fil-preżent it-Tajwan għandu relazzjonijiet formali ma’ 17-il pajjiż madwar id-dinja li ħafna minnhom huma iżgħar u huma pajjiżi inqas żviluppati fl-Amerika Ċentrali u fil-Paċifiku bħal Belize u n-Nauru.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tat-Tajwan Joseph Wu qal li pajjiżu mhux lest ikompli b’kompetizzjoni tal-flus maċ-Ċina. Huwa qal li l-El Salvador talab b’mod kontinwu għal finanzjament għal żvilupp ta’ port iżda t-Tajwan ma setgħax jassisti f’dan l-iżvilupp wara li l-proġett irriżulta li ma kienx xieraq wara li saret analiżi tal-istess proġett.

Wu qal li din il-pressjoni miċ-Ċina se żżid id-determinazzjoni tat-Tajwan li jkun pajjiż ħieles u demokratiku.