It-Tajlandja bl-ewwel elezzjoni ġenerali wara l-Gvern Militari

FILE PHOTO: Thai Prime Minister Prayuth Chan-ocha casts his ballot at a polling station during a constitutional referendum vote in Bangkok, Thailand August 7, 2016. REUTERS/Jorge Silva/File Photo

It-Tajlandja se tkun qed tgħaddi minn elezzjoniji ġenerali fl-24 ta’ Marzu sabiex iġġib lura t-tmexxija ċivili tal-pajjiż. Din l-elezzjoni se tkun l-ewwel waħda wara l-kolp militari tal-2014.

Il-kummissjoni elettorali qalet f’Diċembru li l-elezzjonijiet kellhom isiru fl-24 ta’ Frar, iżda l-Gvern militari esprima t-tħassib tiegħu li avvenimenti tal-elezzjoni setgħu jaħbtu mal-preparamenti tal-Koronazzjoni tar-Re Maha Vajiralongkorn li hija skedata li ssir bejn l-4 u s-6 ta’ Mejju. Din il-koronazzjoni se tkun l-ewwel waħda għall-maġġoranza taċ-ċittadini tal-pajjiż.

Il-partit politiċi se jkunu qed jissottomettu listi ta’ kandidati parlamentari u anke massimu tliet kandidati għal Prim Ministru lill-kummissjoni bejn l-4 u t-8 ta’ Frar.