“It-taħriġ vokazzjonali huwa għodda kontra l-abbuż” – Helena Dalli

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej Helena Dalli qalet li fl-aħħar snin Malta kompliet taġġorna l-iżvilupp tat-taħriġ vokazzjonali.
Hija qalet dan waqt l-iffirmar ta’ “dikjarazzjoni Maltija” fi ħdan l-Assoċjazzjoni Ewropea tat-Taħriġ Vokazzjonali. 
Semmiet kif Malta, permezz tal-Qafas tal-Kwalifiċi qed toħloq parità bejn l-edukazzjoni akkademika u dik vokazzjonali, anke fejn jidħol tagħlim tul il-ħajja. 
Il-Ministru Dalli spjegat kif it-taħriġ vokazzjonali huwa għodda kontra l-abbuż, u taqbel mal-istrateġija tal-gvern li joħloq soċjetà inklussiva.
Ritratt: DOI – Reuben Piscopo