It-tagħlim fis-SOK mhux biżżejjed – KNŻ

Il-Kummissjoni Nazzjonali Żgħażagħ qalet li wara l-iżviluppi li saru fil-politika fejn żgħażagħ jistgħu jkunu involuti fil-politika mill-età ta’ 14-il sena, it-tagħlim li jsir fis-Systems of Knowledge mhuwiex biżżejjed.

Il-KNŻ qalu li din l-inizjattiva tgħin biex iż-żgħażagħ isemmgħu aktar leħinhom b’mod promimenti. Għalhekk appellaw biex ikun hemm edukazzjoni ċivika, obbligatorja fis-sekondarja, sabiex iż-żgħażagħ ikunu fi spazju sigur lifih jitgħallmu kif għandhom jiddibattu u jiddiskutu l-politika b’mod matur u mhux partiġġjan.