It-tabib x’parir se jtiha lil Rita?

Fl-ewwel miż-żewġ episodji li jixxandru dalgħodu minn Il-Misteru tan-Nannu Ton, it-tabib jgħid lil Rita li Mark mhux ta’ idejh u li hemm bżonn jieħduh l-isptar. Brimbu u Warda jmorru lura lejn Agii u Xewka tkompli tħarrax il-battalja tagħha kontra tagħhom. Min jaf x’għandu Mark? Xi ħaġa serja? Għad ifiq? U fejn mar in-nannu meta marret tfittxu Sharon? Reġa’ mar f’Agii? Min jaf x’qed jinkiteb issa fil-ktieb tal-misteri wara li nqalgħu dawn l-intriċċi kollha?

Fit-tieni episodju tal-lum, li jiġi l-24 episodju, niskopru jekk dak li ġara lil Brimbu hu xi seħer kattiv ta’ Xewka. Mela x’għamlitlu? Mark fiq imma issa jmiss lil Brimbu? Dan se jfiq bħal Mark?

Il-ktieb tal-Misteri jista’ jfejjaq lil Brimbu? Kif se jibqgħu Mark u Sharon? Ha jerġgħu imorru f’Agii minħabba li Brimbu jinsab ma jiflaħx? Wara kollox meta Mark kien ma jiflaħx Nusu fejqu? Mela allura issa Mark se jmur f’Agii biex jara hu x’jista’ jagħmel għal Brimbu? Possibli li ħadd ma jista’ jsib tarf Xewka?

Jieħdu sehem: Jurgen Ciantar, Carly Zarb, Raoul Briffa, Dylan Hili, Amarea Camilleri, Rebecca Ferrante, Mary Scerri Abela, Louise Cassar u Mike Mifsud fost oħrajn.

Il-Misteru tan-Nannu Ton għandu kitba ta‘ Dominic Said, bi produzzjoni ta‘ Hermann Bonaci u direzzjoni ta‘ Frida Cauchi. Jixxandar fuq TVM mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-10.15am, b’żewġ puntati wara xulxin.